Il-linja tal-ajru Fly Hermes ma tistax topera iktar titjiriet minn Malta lejn Comiso fi Sqallija u Turin fl-Italja wara li l-liċenzja tagħha ġiet sospiża.
Dan wara li din il-kumpanija mmexxijja minn familja minn Sqallija imma rreġistrata f’Malta, iktar kmieni dan ix-xahar qabdet u ħassret it-titjiriet tagħha u ħalliet għexieren ta’ persuni l-art.
Wara dan il-każ, il-crew tal-Fly hHermes ħalla Malta l-għada, fis-7 ta’ Jannar li għadda lejn Pozzallo fi Sqallija, abbord Catamaran.
Din kienet it-tieni darba li l-kumpanija, li għandha biss ajruplan wieħed, ħalliet persuni l-art wara l-każ tal-Ewwel tas-Sena.
Dwar din il-linja tal-ajru infetħet investigazzjoni mill-awtoritajiet Taljani.
Minn naħa l-oħra uffiċjali ta’ Transport Malta qalu li d-Direttorat tal-Avjazzoni Ċivili fi ħdan Transport Malta qalu li qatt ma rċivew ilmenti dwar dan il-każ.
Dan filwaqt li f’kummenti li għadda wara attivita’ tal-Gvern, il-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis qal li din il-kwistjoni kkawżat ħsara lir-reputazzjoni ta’ pajjiżna u kien għalhekk li ttieħdet id-deċiżjoni li l-liċenzja tal-kumpanija tiġi sospiża.
//= $special ?>