Mill-inqas 16-il persuna nqatlu fi ġlied bejn il-pulizija u dimostranti fil-Lvant tal-Kajr. Pulizija kien fost il-mejta u diversi dimostranti wkoll weġġgħu.
Il-ġlied segwa l-mewt ta’ attivista fi protesta li saret fil-Kajr ilbieraħ.
Il-protesti saru sabiex jitfakkar ir-raba’ anniversraju tar-rewwixta fl-Eġittu fl-2011 – rewwixta li waqqgħet lil Hosni Mubarak mill-poter.
Is-sigurtà fi bliet prinċipali ssaħħet bi tħejjija għall-anniversarju, u lokalitajiet prinċipali fil-Kajr kienu blukkati.
Diversi persuni kienu nqatlu fi protesti simili matul is-sena li għaddiet.
Ilbieraħ, l-attivista Shaimaa el-Sabagh inqatlet b’tiri ta’ arma tan-nar waqt dimostrazzjoni mill-partit soċjalista, Alleanza Popolari, fiċ-ċentru tal-Kajr.
Il-partit waħħal fil-pulizija għall-mewt tal-attivista. Hi ndifnet fost rabja kbira fil-belt ta’ Alexandria llum.
//= $special ?>