l-klabb tal-ewwel diviżjoni St. George’s qed jistennew li tasal ir-release ta’ żewġ plejers Belġjani li kienu bi prova magħhom. Dawn huma Dieu-Merci Ditutala, attakkant ta’ 24 sena u Dieu-Donne Nzembani-Biaka. Dan tal-aħħar għandu 20 sena u għandu wkoll dixxindenza mill-Congo tant li kien parti minn selezzjoni tal-iskwadra ta’ taħt il-21 sena. Iż-żewġ plejers waslu Malta aktar kmieni dan ix-xahar hekk kif l-ewwel kellhom prova mal-klabb mill-Kampjonat Premier, Pieta’ Hotspurs.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

