Lokali

Aġġornata b’Ritratti: Nirien f’fabbrika fl-Imrieħel

Aġġornament 3:

Kienu kkontrollati fi ftit ħin nierin li dalgħodu ħakmu fabbrika fl-Imrieħel. In-nirien kienu rrappurtati għall-ħabta tas-6.15am f’laundry fi Triq l-Iskola Teknika fiż-Żona Industrijali.

Fil-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, filwaqt li l-Pulizija marru fil-post biex jevakwaw iż-żona.

Fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.

(Ritratti: Charles Zammit)