Lokali Saħħa

Aktar minn elf jistennew intervent mediku fid-Dipartiment tad-Dentistrija

Fid-Dipartiment tad-Dentistrija hemm aktar minn elf jistennew li jsirilhom intervent mediku – 491 pazjent fid-Dipartiment tal-Orthodontics, fl-Oral Surgery hemm 268 pazjent u fil-prosthetics hemm 300 jistennew li jsirilhom intervent.

Din il-waiting list ta’ pazjenti jistennew intervent mediku fid-Dipartiment tad-Dentistrija ngħataw għal mistoqsijiet parlamentari li saru mix-Shadow Minister Claudio Grech. It-tweġibiet inqraw fil-Parlament mis-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fear,n li wieġeb f’isem il-Ministru għas-Saħħa u l-Enerġija Konrad Mizzi li ma kienx preżenti għall-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari tas-seduta tal-lejla.

Jirriżulta wkoll minn aktar informazzjoni li ngħatat għal mistoqsijiet tad-Deputat Nazzjonalista, li bħalissa fid-Dipartiment tad-Dentistrija hemm xi vaganzi fil-gradi ta’ House Surgeon u Reġistrar. F’dawn il-każi diġà saru l-interviews u se jkunu impjegati fiż-żmien li ġej.