Internazzjonali

Allert fil-White House wara li jiġġarraf drone

Il-White House inżammet magħluqa għal sagħtejn wara li drone deher jittajjar fuq il-post u imbagħad iġarraf fil-ġonna tiegħu.

Id-drone kien identifikat bħala tat-tip “quad copter” iżda mhux magħruf ta’ min kien.

Il-President Barack Obama u martu Michelle jinsabu l-Indja filwaqt li t-tfal tagħhom Sasha u Malia huma f’Washington ma nanthom, Marian Robinson.

Is-Servizzi Sigrieti, li jipproteġu l-President Amerikan, qalu li dan l-apparat ma kienx ta’ periklu għal ħadd fil-White House.