Futbol Sport

Birkirkara nteressati f’Lydon Micallef

Il-Facebook Page ta’ Replay qed tirraporta li B’Kara għadhom kif esprimew interess ma’ Balzan għall-akkwist tal-attakkant ta’ 22 sena, Lydon Micallef.

Jingħad li r-risposta ta’ Balzan kienet li talbu lil B’Kara sabiex ipartu lil Micallef ma’ Ryan Camenzuli, Justin Haber jew Zach Muscat.

Dan l-istaġun Micallef diġa’ lagħab 19-il partita ma’ Balzan u skorja gowl.Hu meqjus bħala wieħed mit-talenti l-aktar interessanti fil-futbol Malti għall-futur iżda l-indikazzjonijiet huma li Balzan m’humiex se jċedu lil dan il-plejer daqstant malajr.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).