Futbol Sport

Blatter jisfida lill-UEFA ‘turi kuraġġ’

Il-President tal-FIFA Sepp Blatter akkuża lill-UEFA li nieqsa mill-‘kuraġġ’ biex tisfidah għat-tmexxija.

L-Iżvizeru ta’ 78 sena qed ifittex il-ħames terminu tiegħu fit-tmexxija tad-dinja tal-futbol u ħeġġeġ lill-UEFA biex toffri kandidat ħalli jisfidah inkella “turi rispett’ lejn ix-xewqa tieġgu li jkompli.

Tliet kandidati, Jerome Champagne, il-Prinċep Ali u David Ginola, qalu li se jkunu qed jikkontestaw l-elezzjoni f’Mejju.
Il-President tal-UEFA Michel Platini talab sabiex Blatter ikun mibdul imma mhux se jkun qed jikkontestah hu.

Blatter li ilu fit-tmexxija tal-FIFA sa mill-1998 qal, “Din l-oppożizzjoni kollha ġejja issa u b’dispjaċir imma vera, ngħid li ġejja kollha mill-UEFA. M’għandhomx il-kuraġġ jikkontestawni, allura ħalluni nkompli, uru rispett,” qal Blatter.