Ewropa Internazzjonali

“Gideb elettorali minn Tsipras” – Manfred Weber

Iċ-chairman tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) Manfred Weber sostna li r-rebbieħ tal-elezzjoni Griega Alexis Tsipras offra biss proposti vojta.

Fi stqarrija, Weber qal li huwa diżappunt kbir li r-riformi fil-Greċja li kien beda Samaras mhux se jitkomplew. “Malajr se tkun ċara għall-Griegi li dak li wiegħed Tsipras mhu xejn ħlief gideb”, sostna Weber fl-istqarrija tiegħu.

Il-PPE jemmen bi sħiħ li l-Greċja għandha tonora l-obligi li għandha fuq livell Ewropew.