Futbol Sport

Gilardino lura ma’ Fiorentina

Alberto Gilardino temm ħames xhur esperjenza fiċ-Ċina biex jirritorna ma’ Fiorentina b’self sa tmiem l-istaġun.

Fiorentina ġabu lura lill-attakkant mingħand Guangzhou Evergrande li magħhom il-plejer ta’ 32 sena skorja ħames gowls fil-kampjonat sa minn meta ngħaqad magħhom mingħand Genoa f’Lulju.

Huwa se jkun qed jirritorna fl-Artemio Franchi tliet snin wara li telaq. Huwa kien preżenti għad-draw kontra Roma l-Ħadd.