Lokali

AĠĠORNATA : Ħaż-Żebbuġ “żgumbrat” għall-Onorevoli Ministri!

1216PM

Issir il-laqgħa tal-kabinett barra Kastilja – karozzi tal-Ministri jimblukkaw iċ-ċentru ta’ Ħaż-Żebbuġ. Il-kabinett immexxi minn Joseph Muscat tlaqqa’ fis-Sala Parrokjali ta’ Ħaż-Żebbuġ u bdiet fl-10:30 am.

1015AM

Il-Ministri waslu f’Ħaż-Żebbuġ għal-laqgħa tal-Kabinett li qed issir dalgħodu barra Kastilja. Mhux magħruf xi spejjes kien hemm biex saret din il-laqgħa f’Ħaż-Żebbuġ, immexxija mill-Prim Ministru Joseph Muscat.

AKTAR KMIENI

Residenti Żebbuġin dalgħodu qamu irrabjati wara li kellhom ineħħu l-karozza tagħhom minn kmieni filgħodu sabiex jagħmlu wisa’ għall-Ministri li dalgħodu se jkunu qed jiltaqgħu fis-Sala Parrokjali tal-Lokal.

Dan is-sit huwa nfurmat li l-laqgħa tal-Kabinett tal-lum se ssir propju f’dan il-lokal. U kien għalhekk li tpoġġew tabelli fil-Pjazza ewlenija u fil-madwar sabiex ħadd ma jipparkja l-vettura tiegħu.

“Aħna ma rċivejna l-ebda nota d-dar”, ikkummenta magħna raġel minn Ħaż-Żebbuġ li kien wieħed minn ħafna li esprimew ir-rabja tagħhom magħna.

Mara oħra qaltilna illi għalkemm tpoġġew tabelli fit-triq, “min ma ħariġx mid-dar ilbieraħ filgħaxija ma kien jaf b’xejn, u ma seta’ qatt jara dawn it-tabelli”. Dalgħodu kmieni dawn in-nies kollha ġew ordnati jneħħu l-karozza tagħhom minħabba l-laqgħa tal-Kabinett.

Fl-aħħar jiem kien sar magħruf li waħda mil-laqgħat tal-Kabinett barra Kastilja kienet swiet lill-kaxxa ta’ Malta kważi €7,000.

IMG_1094