Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti ppubblikati llum it-Tnejn, 26 ta’ Jannar.

IN-NAZZJON b’ritratt kbir ta’ Alexis Tsipras, il-Prim Ministru l-ġdid tal-Greċja, li se jkun qed jaħdem biex joħroġ lil pajjiżu miż-Żona Ewro wara r-rebħa fl-elezzjoni tal-Ħadd. L-istess ġurnal jirrapporta li llejla fil-Parlament il-PN se jressaq mozzjoni biex tkun diskussa b’urġenza s-sitwazzjoni tal-prezzijiet tal-fuels.

THE MALTA INDEPENDENT tgħid li s’issa m’hemm l-ebda ħsieb li l-Air Malta toħroġ titjiriet sussidjati għal min irid jiġi jivvota fir-referendum dwar il-kaċċa. F’rapport separat, jingħad li Frank Zammit, persuna li fil-passat kien qrib ħafna tal-eks Kummissarju Ewropew John Dalli, se jkun qed jikkontesta mal-Partit Laburista.

THE TIMES OF MALTA ukoll tagħti prominenza lill-elezzjoni fil-Greċja, filwaqt li fi storja separata naqraw illi t-tfal ta’ ġenituri li jkunu poġġew lil uliedhom f’istituzzjoni tat-tfal u “warrbuhom” minn ħajjithom, se jkunu jistgħu jibdew jiġu adottati minn familji oħra – anke jekk il-ġenituri tat-tfal jirrifjutaw.

L-ORIZZONT jikkwota lill-Prim Ministru Joseph Muscat jgħid li “il-hedging joffri serħan tal-moħħ”.