L-Uffiċċju tal-Prim Ministru Ingliż David Cameron qal li se jtejjeb il-miżuri ta’ sigurtà wara li telefonata minn persuna, li għamlitha taparsi xi ħadd ieħor, waslet s’għand il-Prim Ministru.
L-uffiċċju qal li l-persuna li ċemplet qalet li kienet Robert Hannigan, id-direttur tat-taqsima tas-servizzi sigrieti tal-Gvern Ingliż, GCHQ. David Cameron qata’ t-telefonata dritt hekk kif induna li mhux veru kien id-direttur tal-aġenzija. Skont l-uffiċċju tiegħu, ma ġiet żvelata ebda informazzjoni sensittiva għalkemm it-telefonata saret lil telefon ċellulari uffiċjali li n-numru tiegħu normalment ikun f’idejn ftit.
GCHQ qed tinvestiga internament għaliex xi żmien ilu ħareġ in-numru tat-telefon ċellulari ta’ Hannigan innifsu, f’telefonata oħra mhux awtentika.
Jidher li min ċempel lill-Prim Ministru rnexxielu jakkwista n-numru tat-telefon ċellulari tal-kap taċ-ċentru ta’ sorveljanza tal-GCHQ u tal-Prim Ministru direttament billi bblaffja meta ċempel fl-uffiċċji tagħhom.
//= $special ?>