Numru sostanzjali ta’ nies li ddepożitaw flushom f’bank partikolari taċ-Ċina ħadu l-qatgħa ta’ ħajjithom ladarba saru jafu li dan ma kien xejn għajr ‘faċilita qarrieqa’ li serqet kważi 200 miljun yuan (l-ekwivalenti ta’ 28 miljun euro) lid-depożituri.
Il-faċilita, li ma kenitx tingħaraf minn bank ġenwin, damet effettiva għal sena fil-belt ta’ Nanjing, fil-Lvant taċ-Ċina, u sakemm ingħalqet mill-awtoritajiet.
Il-‘bank’ inkwistjoni – bl-isem ‘Fergħa għall-Kooperazzjoni Ekonomika ta’ Mou (villaġġ ta’ Nanjing)’ – dam ix-xhur jieħu l-flus tan-nies li ma suspettaw xejn u qabel il-pulizija kienu infurmati b’din l-attivita kriminali.
Il-faċilita kellha l-attrezzaturi kollha ta’ bank ġenwin, bl-iskrivana bl-uniformi wara l-counters u l-LED screens li kienu juru l-istatistika finanzjarja. Intant, il-kredenzjali tal-intrapriża wkoll kienu foloz, bil-‘bank’ ikollu l-liċenzja bħala entita li tipprovdi servizzi ta’ konsultanza dwar l-agrikoltura u mhux ta’ istituzzjoni finanzjarja.
Intant, qed jinżammu taħt arrest almenu rappreżentant legali u erba’ managers, li ssemmew b’konnessjoni mal-użu qarrieqi tal-flus tad-depożituri.
Qabel il-pulizija saret taf bl-attivita kriminali ‘tal-bank li qatt ma kien’, talanqas 200 persuna, fil-parti kbira sidien ta’ negozji zgħar, kienu ħallew depożiti ta’ bejn il-100,000 u l-20 miljun yuan, wara li tħajjru bil-wiegħdiet tar-‘rati tal-interessi superjuri għal ħaddieħor’. Min-naħa tagħha, il-pulizija għadha qed tfittex għall-vittmi tal-frodi.
//= $special ?>