Għawdex

AĠĠORNATA: fil-Greċja, iffurmat Gvern bejn is-Syriza u l-Griegi Indipendenti

1035am

Dalgħodu tħabbar illi l-partit ta’ Alexis Tsipras se jkun qed jifforma Gvern mal-partit Griegi Indipendenti. Il-ftehim bejn is-Syriza u dan il-partit intlaħaq f’anqas minn siegħa.

B’hekk il-Gvern Grieg se jkun iffurmat minn koalizzjoni bejn dawn iż-żewġ partiti, fejn il-Griegi Indipendenti qed joffru vot ta’ fiduċja lill-Prim Ministru l-ġdid.

AKTAR KMIENI

Fil-Greċja, is-Syriza, il-partit kontra l-awsterità immexxi minn Alexix Tsipras, se jkun il-Gvern il-ġdid Grieg hekk kif kiseb rebħa komda. Dan wara li ilbieraħ il-Greċja kienet qed tivvota fl-Elezzjoni Ġenerali.

Skont ċifri maħruġa mill-Kummissjoni responsabbli mill-Elezzjoni, il-partit tax-Xellug Estrem Syriza rebaħ bejn 36% u 38% tal-voti, filwaqt li l-partit tal-eks PM Samaras ġab bejn 26% u 28%.