Internazzjonali

L-ISIS iħeġġeġ l-attakki madwar l-Ewropa

L-ISIS għadu kemm poġġa messaġġ fuq l-internet biex iħeġġeġ lis-segwaċi tiegħu fl-Ewropa biex iqumu u jibdew iwettqu l-attakki.
L-ordni ngħatat minn Abu Muhammad al Adnani, il-kelliem tal-ISIS, f’messaġġ li tpoġġa fuq l-internet bl-isem ‘Die in Your Rage’.
Fil-messaġġ, Adnani fakkar x’kien kapaċi jagħmel xi ħadd waħdu fil-Parlament Kanadiż kif ukoll fl-Awstralja, il-Belġju, u aktar reċenti fi Franza, b’referenza għall-attakki terroristiċi ta’ dan l-aħħar.
Adnani esprima wkoll il-ferħ għall-mewt tar-Re Abdullah tal-Arabja Sawdija, li miet il-ġimgħa li għaddiet.