Internazzjonali Mużika

Miet il-kantant Demis Roussos

Tħabbret il-mewt tal-kantant internazzjonali Grieg Demis Roussos f’eta ta’ 68 sena

Ismu proprja kien Artemios “Demis” Ventouris Roussos u kien tiieled fil-15 ta’ Ġunju tal-1946.

Fis-snin Sebgħajn, Russos kellu diversi suċċess internazzjonali u biegħ 60 miljun album madwar id-dinja.

Hu kien twieled u trabba f’Lixandra fl-Eġittu minn missier Grieg u omm Eġizzjana ta’ nisel Taljan.

Fost is-suċċess ta’ Roussos hemm “Forever And Ever”, “My Friend The Wind”, “My Reason”, “Velvet Mornings”, “Goodbye My Love, Goodbye”, “Someday Somewhere” u “Lovely Lady Of Arcadia”.