Qorti

Mixli b’użura u li għex minn fuq il-prostituzzjoni

Raġel ta’ 35 sena mill-Mosta wieġeb mhux ħati li s-Sibt li għadda u fix-xhur ta’ qabel wettaq użura u li għex minn fuq il-prostituzzjoni. Peter Borg ġie mixli wkoll li ta fastidju lil mara li kien iħaddem u bl-iskop li jgħix minn fuqha.

Borg ingħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €10,000. Hu kien ordnat mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit biex ma jersaqx lejn il-lokalitajiet ta’ fejn allegatament wettaq ir-reati, fosthom il-Belt u l-Marsa. L-allegat vittma ngħatat ukoll ordni ta’ protezzjoni mill-Qorti.

Fil-Qorti Borg wieġeb li ma jaħdimx għax għadda l-Bord. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Yvonne Farrugia, bl-Avukati Jason Azzopardi u Kris Busietta jidhru għall-akkużat.