Qorti

Mixli li kkorrompa ġuvni taħt l-età

Raġel ta’ 54 sena minn Ħal Qormi ġie mixli quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit li kkorrompa żagħżugħ ta’ 17-il sena u li żammu kontra l-volontà tiegħu. Dan il-każ instema’ bil-magħluq fuq ordnijiet tal-Qorti u minħabba s-sensittività tal-każ.

L-inċident seħħ il-Ħadd li għadda fil-Marsa fil-konfront ta’ barrani. L-Avukati Jason Azzopardi u Kris Busietta dehru għall-akkużat, filwaqt li l-Ispettur Raymond Micallef mexxa l-Prosekuzzjoni.