Lokali

Perċezzjoni

Il-ġimgħa li għaddiet senatur gewwa l-italja kien qed jindirizza l-kamra dwar il-problemi li jezistu fil-pajjiz. Tkaża bil-fatt li certi nies ma kienux għadhom kapaci jikkritikaw fejn hemm bzonn u li hemm nies li suppost jirrapreżentaw lil poplu li minflok moħħhom biss biex jilgħaqu lil min hemm fil-poter. Qal li ma kenitx ħaġa tal-għaġeb għax dawn kienu kollha nies magħżulin għal kemm kapaci jgħidu iva u jsegwu mingħajr ma joħolqu problemi. Qallhom li tant baxxew rashom biex ta’ fuqhom jagħmlu li jridu li issa qed jidrilhom sormhom. Tikkonsla xi ftit li mhux biss f’Malta. #mhuxbissfmalta

Id-dibattitu dwar il-kuntratti tal-Enerġija ma jistax isir jekk il-gvern iqiegħed biss fuq il-mejda memorandum vag ta’ ħmistax il-paġna. Baqa jistina ruħu Muscat u sopra corna bastonate għadu jrid jinsisti li hija l-oppożizzjoni li b’xi mod ma tridx tiddiskuti jew trid tippostponi. Sadattant se jibqa għaddej mingħajr ma jgħid lil poplu x’wiegħed lil min qed jixtri, x’se jingħata biex aħna bħala poplu nieħdu. Dan, għal min isegwi lil Muscat bil-għama, ma hu xejn ħażin – u l-aqwa li għadhom jgħidu bl-iskandlu tal-Enemalta li s’issa wera dak li dejjem konna nafu uli għadna naraw taħt dan il-gvern : illi min għandu l-flus u kumpaniji dejjem se jipprova jinfluwenza l-gvern u jipprova jieħu dak li jrid. #jibzaminndellu #jahbimilpoplu

Il-kampanja dwar ir-Referendum għaddejja ġmielha. Għadna qed nindunaw kemm hawn injuranza taqtagħha b’sikkina madwarna. Injuranza fis-sens ta’ min jinjora – min ma jafx u ma jippruvax ikun jaf. Injuranza fis-sens ta’ min ma hux infurmat tajjeb. Issa qed iddur din ix-xniha li jekk tgħaddi tal-kacca ifisser li se jkun hemm xi namur iehor (dejjem jekk din tal-kacca namur tgħoddha) li se jiġi affetwat. Cucata papali. Apparti l-fatt li ma hix il-kacca kollha kemm hi li tinqata’ (li hija ħasra) imma biss il-possibilita’ li gvernijiet tagħna jibqgħu jabbużaw bi dritt ta’ eccezzjoni li teżisti fid-direttiva. #informaruhhek

Jekk int trid li tgħaddi il-LE fir-referendum mela int parti mill-kampanja. Inutli toqgħod tgħid li tal-Le imisshom jagħmlu hekk jew ma jmisshomx jagħmlu hekk. Sens civiku jitlob li tkun attiv għax dak huwa l-iskop, l-punt tar-referendum: li cittadini attivament jaħdmu u jivvutaw għal dik li jemmnu li għandha tkun ir-regola tas-socjeta. #qumminnhemm