Lokali

Persuni jingannaw in-nies għad-dannu ta’ Dar l-Arka f’Għawdex

Ktieb dwar Dar l-Arka f’Għawdex, qed jinbiegħ minn numru ta’ kumpaniji lokali li jinfurmaw lill-klijenti tagħhom li parti mill-flus imorru għand Dar l-Arka.

Madankollu Fr. Michael Galea, Direttur ta’ Dar l-Arka, ċaħad li d-Dar tat permess lil xi kumpaniji biex ibiegħu dan il-ktieb f’isimha. Hi biss il-Fondazzjoni Helping Hands li għandha l-awtorita’ li tbiegħ dan il-ktieb f’isem Dar l-Arka.

F’kummenti lil dan l-istazzjon, Fr. Michael spjega li daħlulu diversi rapporti dwar kumpaniji li qed ibiegħu dan il-ktieb.

Kompla li d-Dar mhix tirċievi flus mingħand dawn il-kumpaniji, u għalhekk dan jammonta għal frodi.

Dar l-Arka, li tinsab f’Għajnsielem, Għawdex, hi għaqda mhux governattiva li b’mod volontarju taħdem ma’ persuni b’diżabilta’ bl-għan li ttejjeb l-għajxien tagħhom, tippromwovi l-integrazzjoni tagħhom fil-komunita’ u tiffaċilita’ l-ħidma ta’ gruppi li jagħtu sapport lil persuni b’diżabilta’.

Kull min jixtieq jagħti xi donazzjoni direttament lil Fondazzjoni Arka jista’ jagħmel dan fuq dawn l-accounts : BOV : 40017808653, APS : 13169610019, Lombard : 01440640636, HSBC : 071077838001 u Banif : 2578010001 jew b’ċekk fl-indirizz The Arka Foundation, Triq il-Moghdija, Għajnsielem, Gozo – Malta