Lokali

Pulizija jaqa’ f’tappiera f’Ħal Lija

Il-maltemp li ħakem lil Malta kmieni waranofsinhar ikkawża konġestjoni tat-traffiku f’diversi partijiet ta’ Malta ħafna aktar mis-soltu. Iżda b’mod speċjali f’Ħal Lija, it-traffiku kien “xi ħaġa ta’ barra minn hawn” kif qalulna ħafna sewwieqa li kien għaddejjin miż-żona.

Iżda t-traffiku kien aktar mis-soltu minħabba li waqt li Pulizija tat-traffic kien għaddej bil-mutur tiegħu, waqa’ f’tappiera tad-drenaġġ.

Il-Pulizija mill-ewwel sejjaħ lil sieħbu mit-taqsima tat-traffiku li għenu biex joħrog mit-tappiera.

Diversi sewwieqa qalulna li ilhom jilmentaw minn dik it-tappiera u tappieri oħra fl-awkati, waqt li qalulna li ilhom jilmentaw li fil-maltemp kull darba qed joħroġ id-dreneġġ.

Fortunatament il-Pulizija li kien qed jaqdi dmiru ma’ weġġax f’dan l-incident. Wara li ttella’, u kif jidher fir-ritratt, il-Pulizija bdew ħidma biex ipoġġu f’postha din it-tappiera.

pulizija jaqa' tappiera