Is-Sibt insterqu €150 mill-iskola Primarja fil-Kulleġġ San Klara fil-Gżira, kif ukoll sar xi vandaliżmu.
Illum diversi ġenituri ċemplu lil MaltaRightNow.com u qalulna li kawża tal-vandaliżmu li sar, it-tfal tagħhom, li jattendu l-Kindergarten f’din l-iskola, kellhom jintbagħtu lura d-dar.
F’kuntatt li għamilna, l-Kap tal-Iskola kkonferma li l-Iskola sfat fil-mira ta’ xi vandaliżmu, filwaqt li sostna li seħħ sgass fl-Iskola tal-Kindergarten. Il-Kap tal-Iskola kkonferma li fil-ħin li daħlu dawn il-persuni, ma kienx hemm tfal fl-iskola.
Minn naha tagħhom il-Pulizija, kkonfermaw li s-Sibt insterqu €150 mill-Iskola, kif ukoll sar xi vandaliżmu.
//= $special ?>