Futbol Sport

Skorer prolifiku Niġerjan ma’ Mosta

Mosta ħadu deċiżjoni li jiffirmaw lill-attakkant Niġerjan Udo Fortune li għandu 26 sena.

Dan il-plejer impressjona biżżejjed fil-prova li kellu ma’ Mosta, u l-klabb se jkun qed iżomm lil dan il-plejer għall-kumplament tal-istaġun.

Fortune lagħab l-aħħar ma’ Persik Kediri, fl-ogħla diviżjoni tal-Indoneżja. Fil-passat Fortune lagħab mat-tim nazzjonali Niġerjan ta’ taħt is-17-il sena u saħansitra rebaħ it-tieni diviżjoni fl-Indoneżja ma’ Persiba Bantul fl-istaġun 2010/11. Fl-istess staġun Fortune kien spiċċa l-aqwa skorer tal-Kampjonat b’34 gowl.

Hu ffirma l-kuntratt ma’ Mosta t-Tnejn filgħaxija.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).