Lokali

Sospiża operazzjoni biex jittella’ katavru mill-baħar

habta
Incident

Il-Forzi Armati ta’ Malta dalgħodu bdew operazzjoni biex ikun irkuprat il-katavru ta’ raġel ta’ 26 sena, ta’ nazzjonalita Afrikana, li nstab f’qiegħ il-baħar viċin is-Sikka l-Bajda fil-Mellieħa.

Madankollu din l-operazzjoni kellha tiġi posposta minħabba l-kundizzjoni ħażina tal-baħar.

Il-katavru ntlemaħ it-Tnejn minn grupp ta’ għaddasa li kienu qegħdin fil-viċinanzi. L-għaddasa nfurmaw lill-Pulizija b’din is-sejba, li minn naħa tagħhom bdew bl-investigazzjonijiet. Ir-raġel kellu fuqu wkoll identifikazzjoni.

Fil-jiem li gejjin mistennija ssir awtopjsa