Lokali

Filmat: Survey ta’ MaltaToday juri li l-prezzijiet tal-fuel qed iħassbu lin-nies

Survey ippublikat mill-gazzetta MaltaToday wera kif fl-aħħar xhur kien hemm żieda ta’ 10% fin-nies li semmew il-prezzijiet tal-fuel bħala problema ewlenija li qed jiffaċċja pajjiżna.

F’Marzu u f’Novembru li għadda, is-survey kien juri riżultat ta’ 0% ta’ nies imħassba dwar il-prezzijiet tal-fuel. Madankollu, minn Novembru li għadda sa dan ix-xahar stess, dawk li qalu li huma mħassba dwar il-prezzijiet tal-fuel telgħu għal 10%. Din kienet l-akbar żieda minn fost l-oqsma kollha f’dan is-survey.

Is-survey wera wkoll kif filwaqt li f’Marzu li għadda l-persuni li semmew it-traffiku bħala problema ewlenija kienu 7%, dawn telgħu għal 23% f’Novembru li għadda u 16% f’dan ix-xahar. Dawk li semmew l-immigrazzjoni bħala problema ewlenija telgħu minn 17.3% f’Marzu li għadda għal kważi 25% dan ix-xahar.

Dwar it-tħassib relatat mal-prezzijiet tal-fuel, il-ġurnalist ta’ MaltaToday James Debono jitkellem waqt il-programm Newsfeed tal-Ħadd (filmat).