Diversi ġenituri ta’ studenti fl-iskola sekondarja taż-Żejtun ċemplu lil maltarightnow.com u esprimew l-inkwiet tagħhom għal dak li ġara dalgħodu fl-iskola ta’ wliedhom.
Jirriżulta li l-iskola Sekondarja tal-Kulleġġ ta’ Santa Margerita rċeviet theddida ta’ bomba. Iżda b’kuntrarju għal kif jiġri ssoltu, flok it-tfal kollha inħarġu mill-iskola biex isiru t-tfitxijiet neċessarji, minkejja t-theddida, it-tfal tħallew ġewwa.
Il-Ġenituri esprimew l-inkwiet tagħhom li minkejja r-riskju, anke jekk żgħir ħafna, it-tfal tħallew ġewwa. Qalulna li theddid bħal dan qatt m’għandek tiehdu b’ċajt.
//= $special ?>