Anzjana ta’ 82 sena minn Ħal Tarxien tinsab f’kundizzjoni kritika u fil-periklu li titlef ħajjitha wara li ntlaqtet minn vann f’Ħal Tarxien stess. Jirriżulta li għall-ħabta tal-10.10am, l-anzjana kienet miexja minn Triq Santa Marija meta ntlaqtet mill-vann tat-tip Transit Connect quddiem Villa Tarxien.
Il-vann kien misjuq minn raġel ta’ 50 sena mill-Marsa. Fil-post, l-anzjana, li baqgħet konxja, bdiet tgħid li qalgħet daqqa żgħira u bdiet tilmenta biss minn uġigħ f’darha.
Madankollu, waslu l-Pulizija mill-Għassa u mis-Sezzjoni tat-Traffiku, kif ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei, li taha l-ewwel għajnuna fil-post. L-anzjana ttieħdet l-Isptar għal aktar kura. Hemm, hi kienet iċċertifikata li tinsab fil-periklu li titlef ħajjitha.
//= $special ?>