Mill-inqas żewġ rockets mis-Sirja laqtu l-Għoljiet Golan okkupati minn Iżrael ilbieraħ, u l-militar Iżraeljan irritalja.
Dan kollu seħħ disat ijiem wara li azzjoni militari mill-ajru Iżraeljana fis-Sirja qatlet ġeneral Iranjan u diversi ġellieda Libaniżi tal-Hezbollah.
Kemm il-Hezbollah, li hu appoġġjat mill-Iran u li ġġieled gwerra ta’ 34 jum ma’ Iżrael fl-2006, kif ukoll il-Gwardjani Rivoluzzjonarji wiegħdu li jivvendikaw ruħhom mill-imwiet.
//= $special ?>