Lokali

Attenti: Frodisti jinqdew bil- ‘Google’

Numru ta’ persuni fl-aħħar jiem bdew jirċievu emails qarrieqa li ntbagħtu minn persuni f’isem is-sit tal-Google.

F’dawn l-emails, dawk li jirċevuhom jiġu nfurmati li għadhom kif rebħu ammont sostanzjali ta’ flus u jintalbu jibgħatu email b’aktar dettalji personali dwarhom. Il-frodisti fl-email jispjegaw lis-suppost rebbieħa anke il-mod ta’ kif se jirċievu il-flus.

Madankollu dawn l-emails huma foloz u qarrieqa u għalhekk qed jitmexxa appell biex ħadd ma jibgħat email fuq l-indirizz li jingħata biex b’hekk jevita kull riskju possibli.