Tim ta’ ‘hackers’ attakkaw is-sit soċjali Facebook kmieni dalgħodu, hekk kif anke f’pajjiżna ħafna Maltin ma kellhomx aċċess għal Facebook. Il-każ seħħ ftit wara is-7:30am.
Fil-fatt, madwar id-dinja kollha ħadd ma kellu aċċess għal Facebook u Instagram għal madwar siegħa.
Iż-żewġ siti għandhom 1.5 biljun persuna reġistrati magħhom.
It-tim Lizard Squad ħa responsabbilta’ ta’ din l-azzjoni. Dan huwa tim ta’ ‘hackers’ li fil-Milied tas-sena li għaddiet attakka s-servers tal-Playstation u l-XBox.
//= $special ?>