Illum id-dinja qed tfakkar is-70 anniversarju mil-liberazzjoni tal-priġunieri li kienu miżmuma fil-Kamp ta’ Konċentrament ta’ Auschwitz. Dan il-Kamp ta’ Konċentrament jibqa’ mfakkar fl-istorja tat-Tieni Gwerra Dinjija bħala wieħed mis-simboli tan-Nazisti.
L-ewwel Kamp ta’ Konċentrament f’Auschwitz inbena fl-1940, bl-iskop li jinżammu fih priġunieri politiċi Pollakki. Madankollu, aktar ‘il quddiem żviluppa bħala pedina importanti fil-pjan tan-Nazisti li jeqirdu lil-Lhud. Hu kkalkulat li fil-Kampjijiet ta’ Konċentrament li l-Ġermanizi Nazisti bnew f’Auschwitz inqatlu aktar minn miljun persuna, li 90% minnhom kienu Lhud.
//= $special ?>