Internazzjonali

Il-borra toħloq kaos fl-Istati Uniti

New York City, Boston u zoni oħrajn fil-Grigal tal-Istati Uniti jinsabu staġnati, bil-bassara tat-temp javżaw lir-residenti biex jistennew ammonti konsiderevoli ta’ borra.

Il-maltempata xitwija, imlaqqma Juno, tista’ twassal għal xi 60 ċentimetru ta’ borra qrib il-belt ta’ New York u f’Connecticut, Rhode Island, Massachusetts u fi New Hampshire.

Ġie ordnat waqfien mis-sewqan għal kulħadd għajr vetturi tal-emerġenza fi New York u f’Boston, u s-sistemi tas-subway jinsabu sospiżi. Madwar 60 miljun persuna jistgħu jkunu effettwati minn dan il-maltemp li qed joħloq kaos kbir.

Aktar f’In-Nazzjon ta’ għada