Lokali

Il-mutur serkin – mezz ġdid ta’ trasport?

Raġel li llum kien għaddej mill-Imrieħel ġibed l-attenzjoni ta’ persuna li ħadet ritratt u għaddietu lil dan is-sit. Dan ir-raġel, sewwieq ta’ mutur, rabat fuq wara tal-mutur is-serkin tiegħu.

Forsi fid-dawl tal-kontroversja jekk iż-żwiemel għandhomx jinstaqu fit-triq jew le, jidher li dan ir-raġel sab mezz alternattiv minflok.