Il-qawl Malti jgħid li l-eżempju jkaxakar. Imma jidher li dan ma jgħoddx għall-gwardjani lokali, li suppost jagħtu eżempju u jaraw li ma jsirx ksur ta’ liġi.
Ritratt li waslilna juri grwardjan lokali li waqaf jagħti ċitazzjoni lil vettura pparkjata f’kantuniera fil-Fgura, fuq double yellow line.
Imma biex jagħmel dan, il-gwardjan lokali ddeċieda li jagħmel l-istess, u pparkja l-mutur tiegħu ftit bogħod, fil-kantuniera u fuq double yellow line.
//= $special ?>