Wara li l-Għassa tal-Pulizija f’Wied il-Ghajn, f’forma ta’ kontejner tneħħiet minn fuq il-bankina wiesgħa li hemm fil-pjazza ta’ ħdejn l-inħawi tal-Magħluq, issa tpoġġiet f’żona oħra.
Iż-żona li tpoġġiet fiha l-Għassa tal-Pulizija f’forma ta kontejner huwa ġnien pubbliku. Ġenituri li tkellmu ma dan is-sit saħqu li l-post li tpoġġiet fih l-Għassa, kienet l-unika żona fiċ-ċentru tal-lokalita’ li t-tfal setgħu jilgħabu bil-ballun bla periklu. Issa li tpoġġiet l-għassa, dan l-ispazju intilef.
Il-kritika kompliet tikber hekk kif ħafna persuni jsostnu li dan mhux il-post adegwat min fejn il-pulizija jagħqdu d-dmirijiet tagħhom.
//= $special ?>