L-ISIS illum hedded li joqtol lill-gurnalist Gappuniz u lill-bdot mill-Ġordan fi żmien 24 siegħa jekk ma tinħelisx terrorista mara li tinsab il-ħabs fil-Ġordan.
Filmat li ntbagħat fuq websites ġiħaddisti juri stampa tal-ostaġġ Ġappuniż Kenji Goto iżomm ritratt tal-bdot maħtuf mill-Ġordan, il-Logutenent Mu’ath al-Kaseasbeh.
Mal-filmat jinstema’ vuċi, x’aktarx ta’ Goto, iwissi li l-Ġordan qed iżomm il-ħelsien tal-ġurnalist Ġappuniż talli naqas milli jeħles lit-terrorista Sajida al-Rishawi, li ilha l-ħabs mill-2006.
Stqarrija qalet li Goto u al-Kaseasbeh se jinqatlu fi żmien 24 siegħa jekk al-Rishawi ma tingħatax il-libertà; l-istess stqarrija appellat lill-gvern Ġappuniż sabiex jagħmel pressjoni fuq il-Ġordan.
Il-vuċi twissi: “Aktar dewmien se jkun ifisser li l-Gvern tal-Ġordan se jkun responsabbli mill-mewt tal-bdot li tkun segwita b’tiegħi…għandi biss 24 siegħa biex nibqa’ ħaj…u l-bdot għandu inqas. Jekk jogħġbok, tħalliniex immutu”, sostna l-ġurnalist Ġappuniż.
//= $special ?>