Futbol Sport

Luke Montebello mistenni jiċċaqlaq għall-kumplament tal-istaġun

L-attakkant internazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena Luke Montebello talab lil Valletta biex ikun misluf għall-kumplament tal-istaġun.

Sorsi li tkelmu ma’ dan is-sit qalu li Sliema Wanderers u Żebbuġ Rangers huma interessati għall-firma tal-plejer hekk kif Valletta huma lesti li jselfu lill-plejer għall-kumplament tal-istaġun.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).