Futbol Sport

Mafouta jinżel għat-taħriġ ma’ Naxxar Lions

Il-Franċiż ta’ 24 sena Mafouta Marie Jesus ilbieraħ niżel għal sessjoni ta’ taħriġ ma’ Naxxar Lions. Dan wara li fl-aħħar jiem kien qed jitħarreġ ma’ Hibernians.

Bħalissa għaddejja taqtigħa bejn iż-żewġ klabbs tal-Premier għall-firma ta’ dan il-plejer li jilgħab bħala attakkant, midfielder offensiv kif ukoll midfielder mal-linja u kapaċi biż-żewġ saqajn.