11.35am: Għall-ħabta tal-10.30am, mara ntlaqtet f’Tas-Sliema quddiem il-lukanda Fortina f’Tigné. L-inċident seħħ meta l-mara, Irlandiża ta’ 61 sena, intlaqtet mill-karozza tat-tip Toyota Auris misjuqa minn anzjan ta’ 76 sena minn Tas-Sliema. Il-kundizzjoni tal-mara għadha mhix magħrufa.
Aktar kmieni …
10.45am: Tim mediku mill-Isptar Mater Dei jinsab f’Tigné, quddiem il-lukanda Fortina, wara li ttajret mara. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.30.
Aktar dettalji hekk kif jaslulna …
//= $special ?>