Lokali

Pompa fir-Rabat traħħas id-diesel…u l-Gvern le!!

diesel

Pompa partikolari fir-Rabat bdiet tbiegħ id-diesel 2ċ irħas.

Din il-pompa, M&N Camilleri, bdiet tbiegħ id-diesel bil-€1.33ċ kull litru – li jfisser 2ċ irħas mill-prezz fiss li qed iżomm il-Gvern u l-kumpanija statali Enemed (li ħadet f’idejha l-Petrolium Division tal-Enemalta).

Id-diesel mibjugħ minn din il-pompa fir-Rabat huwa dak impurtat minn Falzon Group, u huwa magħruf bħala San Luċjan.

Ħafna qed jistaqsu għaliex pompa tal-petrol privata kienet kapaċi traħħas il-prezz tad-diesel, u l-Gvern qed jibqa’ stinat iżomm l-istess prezzijiet, meta l-prezz internazzjonali taż-żejt naqas drastikament għal taħt il-$50-il barmil.