L-Avukat Samuel Azzopardi ġie elett bħala t-23 President tal-Gozo Football Association. Hu se jkun qed jaqdi din il-kariga għas-sentejn u nofs li ġejjin wara li llejla nżammet Laqgħa Ġenerali Straordinarja li matulha l-klabbs membri tal-GFA ntalbu jivvutaw għas-suċċessur ta’ Alvin Grech.
Azzopardi kien elett wara li kiseb 21 vot mit-32 li ntefgħu. Joe Bajada kiseb il-11-il vot l-ieħor minħabba li ma kien hemm l-ebda astensjoni jew vod invalidu.
Għal din l-elezzjoni kkontesta wkoll is-Segretarju Ġenerali attwali tal-GFA, Joe Bajada.
Fl-ewwel kummenti tiegħu, Azzopardi wiegħed li se jkompli jibni fuq it-tajjeb li sar taħt l-amministrazzjoni preċedenti. Dan filwaqt li rringrazzja kemm lill-predeċessur tiegħu kif ukoll lil Joe Bajada.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>