Konxji mill-fatt li Alejandro Mendoza se jkun qed jiffirma ma’ Qormi, Sliema Wanderers mistennija jħabbru l-akkwist tad-difensur Arġentin li għad għandu 20 sena Mariano Vizcarra. Il-paġna ta’ Replay fuq Facebook qed tirraporta li dan il-plejer se jkun qed jasal f’pajjiżna għada filgħodu.
Vizcarra għandu l-istess aġent bħal tal-midfielder offensiv Gianluca Goudelias, li hu ukoll mill-Arġentina. Dan tal-aħħar qed jitħarreġ ma’ Hibernians.
Skont rapporti li kien hemm fil-media fl-Italja, il-ġimgħa li għaddiet Vizcarra kien offrut lil Nogometno Društvo Gorica, champions tas-Slovenja l-istaġun li għadda.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>
