ŻEBBUĠ R………2
PIETA H…………..1
Żebbuġ: M. Bartolo. Y. Camilleri, L. Galea, P. Barbetti, J. Borg, M. Muchardi, T. Paris (M. Ciantar 46’), K. Zammit, M. Bartolo, M. Rodrigues Britto, R. Yussuff
Pieta: M. Montfort, K. Micallef, O. Anonam, L. Fortunato dos Santos, J. Pisani, G. da Silva, L. Micallef, R. Rodrigues da Silva, C. Newuche (R. Costa 71’), C. Frances, D. Agius (K. Cesare 69’)
Imwissija: D. Agius 13’, C. Frances 90’ (P)
Skorjaw: O. Anonam 2’ (P), M. Muchardi 84’, L. Galea 89’ (Ż)
Referee: Esther Azzopardi
In-Nazzjon Plejer tal-Logħba: Matias Muchardi (Żebbuġ R.)
Attendenza: 581
Żebbuġ Rangers kisbu rebħa importanti meta f’partita medjokri għelbu lil Pietà Hotspurs 2-1. Din ir-rebħa hi importanti għaliex b’dawn il-punti, Żebbuġ issa resqu żewġ punti taħt l-istess Pietà u Qormi u fetħu beraħ il-ġlieda tar-relegation.
Wara taqsima deludenti, Żebbuġ kienu l-aħjar tim fit-tieni taqsima, iddominaw il-pussess u kien jimmeritahom li jiskorjaw, bi Pieta joperaw bil-kontrattakk u jippruvaw jsibu l-gowl.
Il-kowċ Taljan ta’ Żebbuġ Rangers Alfonso Greco ħalla l-istess formazzjoni li tilfet kontra Valletta filwaqt li dak ta’ Pietà, Noel Coleiro għamel żewġ bidliet b’Miguel Montfort jibda flok David Cassar filwaqt li Charles Newuche iddebutta flok is-sospiż Christian Grech b’Orosco Anonam jibda fil-qalba tad-difiża.
Pietà fetħu l-iskor wara żewġ minuti meta minn korner ta’ Claudio Frances, Manuel Bartolo ħareġ u ma żammx il-ballun u mill-viċin kien il-veteran OROSCO ANONAM li tefa’ ġewwa.
Żebbuġ ħarġu aħjar fit-tieni taqsima u marru viċin wara ħames minuti b’xutt fil-baxx tas-sostitut Miguel Ciantar. Erba’ minuti wara Britto xeħet lejn Rashid Yussuf iżda l-konklużjoni tiegħu għaddiet għoli.
Mas-siegħa logħob konklużjoni fil-baxx ta’ Muchardi kienet salvata f’darbtejn minn Montfort. Kellna nistennew sat-78 minuta meta xutt mill-ewwel ta’ Muchardi ġie salvat tajjeb minn Montfort.
Iżda fl-84 minuta Żebbuġ meritatament ġabu d-draw meta minn kross ta’ Jacob Borg, kien MATIAS MUCHARDI li għeleb lil Miguel Montfort b’xutt fil-baxx għar-rokna.
Żebbuġ komplew u skorjaw il-gowl tar-rebħa fid-89 minuta meta minn korner ta’ Kurt Zammit, LEE GALEA daħal tajjeb u għeleb lil Montfort b’daqqa ta’ ras.
//= $special ?>