L-ammont ta’ armi reġistrati mal-Pulizija, inkluż snieter, machine guns, submachine guns, pistoli u air guns, ilaħħaq it-total ta’ 96,425. L-akbar ammont hu dak ta’ snieter li jidħlu fil-kategorija ta’ shotguns, liema ammont ilaħħaq 55,962.
It-tieni l-akbar ammont ta’ armi hu l-pistola, li n-numru reġistrat ilaħħaq għal 10,553. L-ammont ta’ rifles reġistrati hu ta’ 7,856; revolvers 5,369; air rifles 4,765; air pistols 3,272; u muzzlegun 1,299.
Hemm ukoll 755 air rifle reġistrata; 705 airsoft rifle; 650 percussion cap pistol; 633 shotgun tat-tip tacticasl; 501 machine gun; 477 submachine gun; 421 air pistol; 391 carbine; 380 flintlock pistol; 321 percussion rifle; 243 pin fire revolver; 219 muskett; 170 paintball gun; u 107 percussion revolver.
Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, bi tweġiba għal mistoqsija tax-Shadow Minister Jason Azzopardi.
Jirriżulta wkoll li hawn arma waħda reġistrata tat-tip mauser banner, harpoon gun, flintlock revolver, airsoft machine gun, airsoft anti tank, zip gun, wheel lock, sporting rifle, rifle carbine u pin fire rifle.
//= $special ?>