Il-Pulizija Taljana nediet kampanja kontra 163 membru suspettat ta’ ‘ndrangheta – il-grupp kriminali minn Kalabrija. L-arresti saru proprju f’Kalabrija kif ukoll fir-reġjun ta’ Emilia-Romagna.
Franco Roberti, il-prosekutur nazzjonali kontra l-mafja, fisser l-arresti li saru nhar il-Erbgħa bħala “storiċi” għall-ġlieda kontra ‘ndrangheta u l-ħidmiet illegali tagħha.
Aktar minn 40 arrest saru fin-Nofsinhar ta’ Kalabrija, iżda l-maġġoranza tagħhom, 117, saru fi bliet fit-Tramuntana tal-Italja.
F’dawn l-aħħar snin, ‘ndrangheta ħadet il-kontroll tal-kummerċ fil-kokaina fl-Ewropa, wara li għelbet lill-Mafja Sqallija u lill-Kamorra ta’ Napli, filwaqt li għamlet kisbiet fl-Amerika Latina u fl-Istati Uniti.
L-isem ‘ndrangheta ġej mill-Grieg u li tfisser kuraġġ jew lealtà.
Aktar f’In-Nazzjon ta’ għada.
//= $special ?>