Il-paġna ta’ Replay fuq Facebook qed tkompli tirraporta aktar dwar l-interess ta’ B’Kara fl-attakkant żagħżugħ ta’ 22 sena, Lydon Micallef li hu propjeta ta’ Balzan. B’Kara ppreżentaw offerta lil Balzan madankollu din kienet rifjutata. L-offerta ta’ B’Kara hi baxxa ħdejn il-parametri li jġib il-plejer madankollu l-istripes mhux se jċedu u fis-sigħat li ġejjin jistgħu jippreżentaw offerta oħra u aħjar lil Balzan bit-tama li jirnexxilhom jiksbu l-firma ta’ Micallef
Jingħad li B’Kara m’humiex l-uniċi tim interessati f’Micallef u din il-ġimgħa kemm Mosta kif ukoll Pieta’ Hotspurs tkelmu ma’ Balzan dwar il-plejer. Hu fatt magħruf li preżentament Malta hi nieqsa minn attakkanti lokali ta’ kwalitá u Micallef hu wieħed mill-attakkanti Malti l-aktar prometenti. Ritratt ta’ Joe Borg.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

