Għada mistenni jasal f’pajjiżna Monday James, difensur ċentrali minn Niġerja u li għandu 28 sena. James se jkollu prova ma’ Żebbuġ Rangers, b’ċans kbir li jinżamm mill-kowċ Alfonso Greco.
Dan il-plejer għandu CV interessanti ħafna tant li saħansitra lagħab erba’ partiti mat-tim nazzjonali ta’ pajjiżu fl-ogħla kategorija.
Fl-2005 James irrapreżenta lil pajjiżu fit-Tazza tad-Dinja taż-żgħażagħ organizzata mill-FIFA u fl-2008 lagħab fl-Olimpjadi ta’ Beijing. James kien reġistrat l-aħħar ma’ Hammarby, klabb Żvediż.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

