Fis-sigħat li ġejjin, il-Pulizija mistennija tressaq il-Qorti eks Kunsillier Laburista u takkużah dwar korruzzjoni ta’ minorenni. L-eks Kunsillier Laburista, Raymond Balzan (ritratt), kien jifforma parti mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla f’diversi leġislaturi, filwaqt li kkontesta wkoll l-aħħar elezzjoni tal-Kunsill Lokali, iżda ma kienx elett.
Sorsi li tkellmu ma’ Radio 101 qalu li probabbilment se jitressaq il-Qorti llum kmieni waranofsinhar. Hu mistenni jkun akkużat li madwar sitt snin ilu, meta kien jokkupa l-kariga ta’ Kunsillier fil-Kunsill Lokali ta’ Bormla, ikkorrompa tifla li dak iż-żmien kellha biss tlettax-il sena. L-eks Kunsillier Laburista mistenni jitressaq quddiem il-Maġistrat Marsienne Farrugia.
Is-sorsi li tkellmu magħna fissru li l-Pulizija se jkunu jistgħu jressqu lil Raymond Balzan il-Qorti u jakkużawh dwar korruzzjoni ta’ minorenni wara li temmew investigazzjonijiet fit-tul, li matulhom saħansitra tkellmu wkoll mal-vittma, li llum għandha dsatax-il sena.
Aġġornament fil-ħin li ġej.
//= $special ?>