L-għada tal-attakk terroristiku fuq il-lukanda Corinthia ta’ Tripli, sit elettroniku Libjan xandar filmat ta’ wieħed mit-terroristi maqtul fl-24 sular tal-lukanda. It-Tim ta’ MaltaRightNow.com iddeċieda li jgħatti wiċċ it-terrorista minħabba l-grafika tal-filmat.
Sadanittant, fis-sigħat li għaddew kienu ħafna l-Gvernijiet li kkundannaw dan l-attakk. Stqarrijiet ta’ kundanni ħarġu mill-Gvernijiet tal-Kanada, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, Spanja, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti, fost l-oħrajn. Aktar kmieni, l-Kunsill tas-Sigurtà Libjan ukoll ingħaqad l-attakk.
Ilbieraħ, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil u l-Prim Ministru Joseph Muscat kienu minn tal-ewwel li fuq Twitter ikkundannaw l-attakk. Aktar tard, stqarrijiet separati nħarġu wkoll mill-Partit Nazzjonalista u mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.
//= $special ?>